Fontana Feast
Recounting the journey of where it all began
KZF Testimional
Nixtieq nirringrazzjakom tas-servizz eċċellenti li pprovdejtu matul il-festa tal-Fontana, 2024. Kien tassew professjonali u organizzat tajjeb ħafna, u l-attenzjoni għad-dettall kienet evidenti matul l-festa kollha, anke meta kien hemm xi avvenimenti oħra li mhumiex marbutin mal-festa.
Barra minn hekk, il-feature li ghamiltilna kien verament straordinarju. Kien wieħed minn dawk il-mumenti li jqanqal ħafna emozzjonijiet u li kull persuna preżenti tistenna bil-ħerqa. Il-mod kif irnexxielkom taqbdu l-espressjonijiet fuq l-uċuħ tan-nies, tagħmel l-esperjenza ferm aktar speċjali, għax l-emozzjonijiet huma dak li tassew jirrakkontaw il-mument f’dak il-ħin.
Grazzi wkoll talli żammejtu l-iskadenzi kif miftiehem u għall-professjonalità kollha matul il-proċess. Xogħol mill-aqwa li żgur nirrakkomandawh lil ħaddieħor!
LCR Snaps was trusted with the traditional montages done for feasts that are shown on a big screen for the Fontana Feast.
